MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
14.12.2015
PE574.509v01-00
 
B8-1439/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għama u l-patoloġiji oftalmoloġiċi


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għama u l-patoloġiji oftalmoloġiċi  
B8-1439/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont studju riċenti, pereżempju fl-Italja, kull sena l-Istituzzjoni Nazzjonali għall-Benessri Soċjali (INPS) tipprovdi servizzi għal pazjenti għomja li jammontaw għal madwar miljun euro,

B.  billi dawn l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu billi jintużaw mediċini li jistgħu jservu ta' kura għal patoloġiji li, sa ftit żmien ilu, kienu inkurabbli, bħal pereżempju d-deġenerazzjoni makulari relatata mal-età li f'ħafna pajjiżi hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-għama u l-ipoviżjoni fil-persuni li jkollhom aktar minn sittin sena;

C.  billi jiġri spiss li ż-żminijiet ta' stennija għal viżita medika jkunu twal u għaldaqstant jimpedixxu d-djanjożi puntwali tal-patoloġiji;

D.  billi djanjożi puntwali tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż relatati ma' patoloġiji oftalmoloġiċi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi slill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki ffokati fuq djanjożi puntwali u l-identifikazzjoni ta' terapiji speċifiċi fil-preżenza ta' patoloġiji oftalmoloġiċi, b'mod li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-pazjenti milquta u jitnaqqsu b'mod konsiderevoli l-ispejjeż pubbliċi wkoll.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza