MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 385kWORD 60k
14.12.2015
PE574.510v01-00
 
B8-1440/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-allerġiji alimentari


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-allerġiji alimentari  
B8-1440/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċerti tipi ta' ikel speċifiċi li ta' kuljum insibu fuq l-imwejjed tagħna jistgħu jikkawżaw allerġiji alimentari; billi, speċifikament, skont xi esperti, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-majjal u l-frott imnixxef;

B.  billi, permezz tal-ħidma tal-esperti u t-teknoloġiji għad-dispożizzjoni tagħna biex jiġu investigati r-riskji eventwali li xi tipi ta' ikel jistgħu jippreżentaw, il-prevenzjoni ta' ħsara hi possibbli;

C.  billi l-UE għandha tkun dejjem attiva fil-qasam tas-sikurezza alimentari u tissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'miżuri effikaċi għall-prevenzjoni tal-allerġiji alimentari, billi tibda bil-promozzjoni ta' studji fil-fond u kampanja ta' informazzjoni għaċ-ċittadini.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza