MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
7.12.2015
PE574.511v01-00
 
B8-1441/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar inċentivi għall-mobilità pubblika kontra t-tniġġis minn smogg fil-bliet Ewropej


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar inċentivi għall-mobilità pubblika kontra t-tniġġis minn smogg fil-bliet Ewropej  
B8-1441/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1386/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi għad hemm wisq bliet Ewropej fejn qed jiġi rreġistrat livell għoli ta' sustanzi noċivi preżenti fl-arja, b'riżultat tal-ismogg prodott miċ-ċirkolazzjoni ta' karozzi;

B.  billi l-ismogg hu waħda mill-kawżi tat-tnawwir tas-saff tal-ożonu tad-dinja u li qed iwassal għal tisħin tat-temperatura medja tad-dinja;

C.  billi, bi qbil ukoll man-negozjati tal-Konferenza dwar il-Klima ta' Pariġi, l-Unjoni, flimkien mal-Istati Membri kollha, obbligata timpenja ruħha sabiex tnaqqas dawn l-emissjonijiet u tiggarantixxi arja aktar respirabbli għaċ-ċittadini kollha tagħha;

D.  billi, f'pajjiżi bħall-Italja, ġew irreġistrati eżempji ta' suċċess fir-rigward tal-promozzjoni ta' ġranet fejn ma jkunux jistgħu jintużaw il-karozzi flimkien ma' biljetti għat-trasport pubbliku mogħtija bi prezz imnaqqas jew mingħajr ħlas liċ-ċittadini;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tippromwovi inizjattivi simili fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni sabiex tnaqqas il-livell ta' tniġġis minn smogg fil-bliet u tinċentivizza s-sostenibilità tal-mobilità pubblika.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza