MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 61k
8.12.2015
PE574.512v01-00
 
B8-1442/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar programm ta' inizjattivi għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta' Vitamina D li jbatu minnha t-tfal Ewropej


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar programm ta' inizjattivi għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta' Vitamina D li jbatu minnha t-tfal Ewropej  
B8-1442/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi aktar minn nofs it-tfal u l-adolexxenti Ewropej juru sintomi ta' nuqqas ta' Vitamina D li jvarja minn insuffiċjenza ħafifa għal każijiet patoloġiċi veri u proprji ta' defiċit;

B.  billi nuqqas ta' Vitamina D, fl-aktar każijiet estremi, jista' jwassal għal rakitiżmu, patoloġija li b'xorti tajba hija rari imma tista' tqanqal diżabilità fis-sistema motorja f'min jintlaqat minnha;

C.  billi l-Vitamina D hi indispensabbli biex tirregola l-immetabolizzar tal-kalċju u l-formazzjoni tal-għadam li tiġri fl-età adolexxenzjali;

D.  billi l-bniedem jieħu biss 10 % tal-bżonnijiet ta' Vitamina D ta' kuljum tiegħu mill-ikel, waqt li d-90 % li jifdal jiddependu fuq l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx u għar-raġġi UV;

E.  billi t-tfal u l-adolexxenti Ewropej iqattgħu wisq ħin f'ambjent magħluq, okkupati b'attivitajiet sedentarji li jimpedixxu s-sintetizzazzjoni tal-Vitamina D;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi programm ta' inizjattivi bil-ħsieb li tiġi diffuża l-idea ta' kemm hu importanti l-għajxien għall-arja aperta, l-aktar fl-adolexxenti u t-tfal, għall-għan li jiġi miġġieled in-nuqqas ta' Vitamina D

Avviż legali - Politika tal-privatezza