MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 59k
10.12.2015
PE574.513v01-00
 
B8-1443/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-Jum dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Jum dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem  
B8-1443/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi llum qed niċċelebraw il-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, data fundamentali biex jiġi kkonfermat l-isforz globali b'rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inġustizzja;

B.  billi din il-kwistjoni attwalment saret delikata ħafna peress li t-theddida terroristika tirrikjedi livell ta' sigurtà akbar għall-ħarsien taċ-ċittadini, li xi kultant jikkomprometti d-dritt tagħhom għall-privatezza, u billi hemm bżonn jiġu adottati d-deċiżjonijiet biex dawn iż-żewġ aspetti jiġu rikonċiljati bejniethom;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni ġġedded l-impenn tagħha fil-qasam f'din l-okkażjoni, speċjalment fid-dawl tat-theddida terroristika li tikkomprometti r-rikonċiljazzjoni ta' żewġ drittijiet tal-bniedem importanti ferm: id-dritt għas-sigurtà u d-dritt għall-privatezza.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza