MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 59k
2.12.2015
PE574.514v01-00
 
B8-1444/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-artrite psorjatika


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-artrite psorjatika  
B8-1444/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-artrite psorjatika għandha impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja tal-persuni affettwati;

B.  billi l-kura u l-ġestjoni ta' patoloġija bħal din twassal għal spejjeż għoljin;

C.  billi, pereżempju, skont ċerti stimi, fl-Italja biss l-artrite psorjatika taffettwa madwar 250 000 ruħ;

D.  billi, fil-biċċa l-kbira ta' dawk affettwati minn psorjasi, l-effett fuq il-ġogi jiġi wara dak fuq il-ġilda;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri dwar l-importanza ta' approċċ multidixxiplinari għall-psorjasi, sabiex tkun tista' ssir dijanjosi bikrija tal-artrite psorjatika.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza