MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 59k
1.12.2015
PE574.515v01-00
 
B8-1445/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-imwiet mill-asbestos fl-Italja


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-imwiet mill-asbestos fl-Italja  
B8-1445/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont l-Istitutuzzjoni Nazzjonali għall-Assigurazzjoni kontra l-korimenti fuq ix-xogħol (INAIL), fl-Italja il-mard relatat mal-asbestos għadu jikkawża mill-inqas elf fatalità kull sena;

B.  billi, minkejja li diġà fl-1992 il-Liġi Taljana Nru 257/92 kienet ipprojbixxiet l-asbestos, id-dekontaminazzjoni għadha ma tlestiex u bir-rata attwali l-eliminazzjoni definittiva ta' kull sors ta' kontaminazzjoni se tirrikjedi mill-inqas 85 sena;

C.  billi t-trab tal-asbestos joqtol minn tal-inqas 8 Taljani kuljum u għadu preżenti f'aktar minn 2 400 skola Taljani, b'mod li jipperikola s-saħħa ta' eluf ta' studenti ta' età żgħira;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha l-eliminazzjoni u d-dekontaminazzjoni tal-asbestos waqt li tagħmel kull sforz possibbli biex issostni liċ-ċittadini kollha intoskati u milquta minn mesoteljoma u problemi tas-saħħa oħra relatati mal-asbestos.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza