MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
14.12.2015
PE574.517v01-00
 
B8-1447/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar miżuri ta' kontroll biex jinżamm il-kummerċ tar-ross Ċiniż bil-plastik, dannu serju għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta' kontroll biex jinżamm il-kummerċ tar-ross Ċiniż bil-plastik, dannu serju għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej  
B8-1447/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-preżenza ta' ross sintetiku fiċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Filippini, Singapore, l-Indja u l-Vjetnam diġà kkawża problemi serji ħafna għas-saħħa tal-konsumaturi Asjatiċi;

B.  billi dan ir-ross tal-plastik fih żrieragħ simili ħafna għal varjetajiet tradizzjonali tar-ross, iżda mal-lamtu naturali tal-patata ġie miżjud il-kopolimeru akrilonitril-stiren (SAN), plastik li jintuża bħala materjal termoiżolanti fl-imballaġġ tal-ikel;

C.  billi, biex jinżamm il-kummerċ ta' dan ir-ross artifiċjali li jikkawża ħsara kbira, il-President tal-Filippini ordna li jinħoloq task force bejn aġenziji differenti tal-gvern biex jidentifika l-kumpaniji ta' manifattura, u billi anki l-Awtorità Nazzjonali tal-Ikel tal-Filippini hija attiva fil-verifika tal-kwalità tar-ross (permezz ta' spettroskopju li bih jiġu misjuba ż-żrieragħ foloz imħallta ma' varjetajiet oħra ta' ross);

1.  Jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal fis-seħħ miżuri ta' kontroll urġenti dwar ir-ross impurtat fl-UE mill-Asja u biex tqis il-possibilità li tillimita l-importazzjonijiet miċ-Ċina, sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi Ewropej, li tpoġġiet fil-periklu minħabba l-preżenza fis-suq ta' dan ir-ross tal-plastik imħallat mal-varjetajiet naturali l-oħra.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza