MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
14.12.2015
PE574.523v01-00
 
B8-0003/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riskji li jirriżultaw minn żieda kbira fl-importazzjoni ta' ħalib li jżomm fit-tul bla ċertifikazzjoni b'detriment għall-"made in Italy"


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riskji li jirriżultaw minn żieda kbira fl-importazzjoni ta' ħalib li jżomm fit-tul bla ċertifikazzjoni b'detriment għall-"made in Italy"  
B8-0003/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont it-tħassib li ntwera mill-Coldiretti fl-10 ta' Novembru li għadda, 3.5 miljun litru ta' ħalib ta' kwalità baxxa qed jaslu fl-Italja kuljum biex jinbidlu, mingħajr l-ebda indikazzjoni ta' oriġini, fi prodotti tal-ħalib jew tal-ġobon Taljani, u b'hekk iqarrqu kemm il-konsumaturi kif ukoll il-produtturi tal-ħalib frisk Taljani, u li tlieta minn kull erba kartuni ta' ħalib li jżomm fit-tul huma magħmulha minn ħalib mhux iċċertifikat li ġej minn barra;

B.  billi din il-"gwerra tal-ħalib" qed toħloq fl-Italja telf ekonomiku u telf ta' impjiegi kbir, ikkawżat mill-kompetizzjoni inġusta tal-ħalib importat bi prezzijiet baxxi, ekwivalenti għal 10% tal-produzzjoni Taljana, u għaldaqstant il-produtturi tal-ħalib frisk Taljani qed ibatu biex imantnu l-irziezet tagħhom minħabba l-kumpens insuffiċjenti li qed jirċievu għal kull litru ta' ħalib;

C.  billi l-konsultazzjoni pubblika promossa mill-Ministeru tal-Agrikoltura tinnota li 89% tal-konsumaturi jikkunsidraw in-nuqqas ta' tikkettar ta' oriġini għal prodotti tal-ħalib bħala qarrieqa;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri biex tħares il-produzzjoni ċċertifikata ta' kwalità fis-settur tal-ħalib u tal-ġobon Taljan;

2.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni żżid il-kontrolli biex tiżgura t-trasparenza fis-settur tal-ħalib u l-prodotti derivati għall-konsumaturi Ewropej.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza