Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0004/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0004/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni

17.12.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0004/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-politika migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2013, fi Franza kien hemm 5,8 miljun immigrant (jiġifieri 8,9 % tal-popolazzjoni residenti fi Franza), u bejn l- 2007 u l-2013, in-numru ta' immigranti legali li daħlu Franza żdied bi 22 %;

B.  billi, skont ir-riċerka ta' Georges Borjas fl-Istati Uniti, żieda ta' 10 % fin-numru ta' immigranti tbaxxi b'madwar 3 % fil-pagi ta' persuni nattivi bl-istess livell tal-edukazzjoni;

C.  billi, skont studju tas-Centre d'études prospectives et d'informations internationales (CEPII), fi Franza żieda ta' 10 % fin-numru ta' immigranti fi klassi ta' xogħol partikolari tbaxxi b'madwar 3 % fir-rata ta' impjieg ta' persuni nattivi bi profili simili;

D.  billi xi kapijiet ta' kumpaniji ewlenin appellaw biex jintlaqgħu iktar migranti bil-għan li jagħmlu pressjoni favur it-tnaqqis tal-pagi;

E.  billi, skont il-previżjonijiet demografiċi tal-Eurostat, fi Franza l-popolazzjoni ser tikber b'4 % sal-2080 mingħajr il-ħtieġa tal-immigrazzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tinkoraġġix lill-Istati Membri, u partikolarment lil Franza, jilqgħu numru dejjem ikbar ta' immigranti;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.