MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 61k
16.12.2015
PE574.525v01-00
 
B8-0005/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


fuq il-projbizzjoni gradwali tat-testijiet tal-kanċer fuq ir-rodituri


Dominique Bilde, Sophie Montel, Steeve Briois

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-projbizzjoni gradwali tat-testijiet tal-kanċer fuq ir-rodituri  
B8-0005/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont studju tal-NGO PETA (People for the Ethical Treatment of Animals), it-testijiet tal-iskrinjar tal-kanċer imwettqa fuq ir-rodituri m'għandhom l-ebda valur skont il-kriterji rikonoxxuti fil-livell internazzjonalment, b'mod partikolari fil-kuntest ta' wieħed mit-testijiet rakkomandati mill-programm REACH;

B.  billi dawn it-testijiet iġiegħlu lill-annimali jbatu, minkejja li l-awtoritajiet jirrifjutaw li jirrikonoxxu li dan it-test tal-iskrinjar ma jindikax b'mod preċiż l-effetti tas-sustanzi kimiċi fil-bniedem u li jrid jinbidel minnufih permezz ta' metodi alternattivi;

C.  billi r-rapport intitolat "Chemicals and Cancer, What the Regulators won't tell about carcinogenicity testing" ("Sustanzi kimiċi u l-kanċer, Dak li r-regolaturi ma jridux jgħidu dwar l-ittestjar tal-karċinoġeniċità") jispjega l-ħtieġa li t-testijiet tal-kanċer fuq ir-rodituri jiġu pprojbiti fil-programmi kollha ta' riċerka;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi gradwalment it-testijiet tal-kanċer fuq ir-rodituri sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u tiġi evitata t-tbatija għall-annimali;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' metodi li ma jinvolvux l-annimali u ż-żieda ta' finanzjament għall-iżvilupp ta' metodi alternattivi addizzjonali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza