MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 61k
16.12.2015
PE574.526v01-00
 
B8-0006/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-promozzjoni ta' xogħol volontarju


Dominique Bilde, Sophie Montel, Steeve Briois

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni ta' xogħol volontarju  
B8-0006/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi x-xogħol volontarju jikkonċerna iktar minn 93 miljun persuna fl-Ewropa;

B.  billi l-assoċjazzjonijiet volontarji, partikolarment importanti f'żoni rurali, huma vitali għar-reġjuni u jagħtu kontribwit enormi f’bosta oqsma (l-isports, il-kultura, il-karità, ix-xogħol soċjali, l-edukazzjoni, ir-rikreazzjoni, eċċ.);

C.  billi l-volontarjat huwa kkaratterizzat minn persuni li jagħtu l-ħin tagħhom volontarjament u li jaħdmu mingħajr renumerazzjoni u dan jgħinhom jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw ħbiberiji;

D.  billi s-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) joffri opportunitajiet ta’ volontarjat għaż-żgħażagħ kollha bejn it-18 u t-30 sena;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi aktar il-kontribut tal-voluntiera u tal-assoċjazzjonijiet volontarji lis-soċjetà;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-azzjonijiet possibbli kollha sabiex tiżgura taħriġ aħjar u rikonoxximent tal-ħiliet ta’ voluntiera;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi u tiżviluppa s-SVE tagħha permezz ta' azzjonijiet konkreti u tikkunsidra l-estensjoni tiegħu biex ikun possibbli li kulħadd ikun jista’ jgawdi minn esperjenza simili;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza