Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0007/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0007/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-qbiż tal-limiti tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea

15.12.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Edouard Ferrand

B8-0007/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qbiż tal-limiti tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ippreżentat proposta biex tagħti lill-eżekuttiv tal-Unjoni s-setgħa li tibgħat forzi tal-pulizija fl-Istati Membri biex tiddefendi l-fruntieri esterni sottomessi għal pressjoni migratorja mingħajr preċedent;

B.  billi dan huwa attakk fuq is-sovranità tal-Istati Membri ta' livell li qatt ma ntlaħaq qabel.

1.  Iqis li, fuq ċertu numru ta’ snin, il-Kummissjoni ilha tipprova b'mod kostanti tattribwixxi lilha nfisha setgħat li mhumiex tagħha;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tal-Artikolu 17 tat-Trattat UE u l-Artikoli 234, 244 sa 250, 290 u 291 tat-TFUE, li żżomm strettament għar-rwol assenjat lilha mit-Trattati.