imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea
Dominique Bilde, Sophie Montel, David Martin, Steeve Briois
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea
B8-0008/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jirrikonoxxi d-dritt fundamentali għal għajnuna għall-abitazzjoni;
B. billi hemm drittijiet oħra huma marbuta mad-dritt għal abitazzjoni deċenti: id-dritt għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-privatezza u bosta drittijiet ċivili;
C. billi, skont studju minn The Guardian, hemm 11-il miljun dar fl-Ewropa li huma vakanti;
D. billi l-UE għandha kważi 4 miljun persuna bla dar jew b'abitazzjoni ħażina ħafna;
1. Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità nazzjonali għall-aċċess għal abitazzjoni lill-kompatrijotti tagħhom l-iktar foqra u mingħajr dar;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-politiki kollha li jgħinu fil-ġlieda kontra d-djar mhux adatti għall-għajxien u biex jappoġġaw ir-rinovazzjoni tad-djar dilapidati, b’mod partikolari permezz ta’ xogħlijiet ta' mmodernizzar jew ta' iżolament sabiex jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.