MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
15.12.2015
PE574.529v01-00
 
B8-0009/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-esklużjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma mir-regoli tas-suq intern


Sophie Montel, Florian Philippot, Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-esklużjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma mir-regoli tas-suq intern  
B8-0009/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi n-negozjati kummerċjali mmexxija mill-Kummissjoni (TTIP, CETA, TISA) huma ta' theddida għas-servizzi pubbliċi u, b’mod partikolari, għas-servizzi tal-provvista u l-ġestjoni tal-ilma;

B.  billi l-prezz ta’ ilma fil-bliet Franċiżi ġestiti minn kumpanija privata huwa bejn 15 sa 20 % ogħla milli f’muniċipalità b’ġestjoni pubblika;

C.  billi anke meta jiġu injorati l-elementi "strutturali", xorta waħda hemm differenza sinifikanti għad-detriment tas-settur privat ta’ madwar EUR 11 iktar għal kull 120 metru kubu ta’ ilma, u din id-differenza hija saħansitra iktar qawwija fir-rigward tal-muniċipalitajiet iż-żgħar;

D.  billi l-ġestjoni privata tal-ilma hija sors ta’ korruzzjoni endemika, li tħammeġ il-kuntratti tal-ġestjoni tas-servizzi tal-ilma tal-bliet Franċiżi, kif juru d-diversi sentenzi mogħtija mill-qrati;

E.  billi l-Kummissjoni ma ħaditx kont tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Right2Water";

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teskludi l-provvista u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma mir-regoli tas-suq intern u mill-ftehimiet kummerċjali, u biex teskludi kwalunkwe liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-ilma.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza