MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 61k
15.12.2015
PE574.530v01-00
 
B8-0010/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-konċentrazzjoni tal-istampa


Sophie Montel, Florian Philippot, Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konċentrazzjoni tal-istampa  
B8-0010/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-konċentrazzjoni eċċessiva tal-mezzi ta' komunikazzjoni tikser direttament l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jistipula li "[i]l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni għandhom ikunu rrispettati";

B.  billi s-suq tal-istampa Franċiża jsofri minn konċentrazzjoni orizzontali u vertikali qawwija;

C.  billi ċerti gruppi kbar (Lagardère, Dassault, LVMH, La Dépêche, Rossel, eċċ.) jikkondividu l-essenzjali tal-istampa Franċiża, billi joħolqu sitwazzjonijiet ta' monopolji lokali jew ta' oligopolji nazzjonali;

D.  billi x-xena tal-midja Franċiża qed tiġi fformata minn industrijalisti u biljunarji li ġejjin mit-telekomunikazzjoni, u dan qed jipperikola l-pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni;

E.  billi l-għajnuna pubblika għall-istampa bil-miktub, diretta jew indiretta, ammontat għal EUR 1.2 biljun fl-2012, jiġifieri 11% tal-fatturat tas-settur;

F.  billi din il-konċentrazzjoni hija perikoluża u inkwetanti għall-funzjonament tajjeb tad-demokrazija Franċiża;

1.  jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwaqqfu din il-konċentrazzjoni eċċessiva sabiex jiġi garantit il-pluraliżmu tal-informazzjoni u l-indipendenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza