MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 61k
17.12.2015
PE574.531v01-00
 
B8-0011/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-abbandun tal-pjan ta' reġistru Ewropew tal-passiġġieri tal-ajru


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbandun tal-pjan ta' reġistru Ewropew tal-passiġġieri tal-ajru  
B8-0011/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-pjan ta' reġistru Ewropew tal-passiġġieri tal-ajru (PNR), li ilu seba' snin jiġi ttrattat f'dibattiti, se jirriżulta f'għodda mhux effikaċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

B.  billi, skont il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-PNR jista' jkollu “impatt gravi” fuq il-ħajja privata, għaliex huwa "l-ewwel sistema ta’ ġbir ġeneralizzat ta’ data personali fuq skala kbira fl-istorja Ewropea";

C.  billi dan ir-reġistru PNR imur kontra l-ġurisprudenza ferm ristrettiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġbir ġeneralizzat ta’ data, u dan jista' jwassal għall-invalidità tad-direttiva futura fit-totalità tagħha;

D.  billi informazzjoni dwar it-terroristi li wettqu l-attakki reċenti f’Pariġi kienet disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jabbandunaw il-pjan tagħhom għar-reġistru PNR sabiex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq is-superviżjoni fuq l-individwi diġà suspettati pjuttost milli fuq il-ġbir tad-data tal-passiġġieri kollha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza