MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 365kWORD 60k
17.12.2015
PE575.907v01-00
 
B8-0012/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-istatus tal-ħaddiema kkollokati


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istatus tal-ħaddiema kkollokati  
B8-0012/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea hija ta' 9,3 % tal-popolazzjoni attiva, jiġifieri aktar minn 23 miljun ruħ;

B.  billi d-dmir tal-Istati huwa li jiżguraw sigurtà u prosperità għaċ-ċittadini tagħhom, u għaldaqstant li jieħdu ħsieb li jiggarantulhom aċċess prijoritarju għall-impjieg;

C.  billi madwar 230 000 ħaddiem ikkollokat ġew iddikjarati fi Franza fl-2014;

D.  billi, skont rapport tas-Senat Franċiż ippubblikat fl-2013, bejn 220 000 u 300 000 ħaddiem ikkollokat mhumiex iddikjarati fi Franza;

E.  billi r-regoli Ewropej u nazzjonali jiġu evitati minn kumpaniji bla skrupli, li jwassal għal distorsjonijiet gravi tal-kompetizzjoni;

1.  Jitlob it-tħassir tad-Direttivi msemmija hawn fuq;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jerġgħu jagħtu lill-Istati Membri d-dritt tagħhom li jistabbilixxu qafas ġuridiku adattat li jippermetti li tiġi stabbilita prijorità fir-reklutaġġ għaċ-ċittadini tagħhom;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza