MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 366kWORD 40k
15.12.2015
PE575.908v01-00
 
B8-0013/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħarsien tal-ekosistemi tal-muntanji


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-ekosistemi tal-muntanji  
B8-0013/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 57/245 tan-NU,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat il-11 ta' Diċembru ta' kull sena, mill-2003, bħala l-"Ġurnata Internazzjonali tal-Muntanji";

B.  billi t-territorju Ewropew, fil-biċċa l-kbira tiegħu, huwa magħmul minn żoni muntanjużi u ekosistemi tal-muntanji u li partijiet minnhom, bħad-Dolomiti Taljani, jagħmlu parti mill-patrimonju tal-UNESCO;

C.  billi l-muntanji huma fost il-ħabitats b'riskju akbar ta' deforestazzjoni, sfruttament tat-territorju u attivitajiet ta' ħsara għall-ekosistema;

D.  billi minkejja li l-komunitajiet tal-muntanji huma dawk li b'mod globali jikkontribwixxu l-inqas għall-gassijiet b'effett ta' serra u għat-tniġġis tal-arja, paradossalment huma dawk li jintlaqtu l-aktar mill-effetti tat-tibdil fil-klima;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi u timplimenta programmi ta' ħarsien u żvilupp sostenibbli tal-ekosistemi tal-muntanji u tal-komunitajiet lokali, permezz ta' għajnuna u inċentivi lill-komunitajiet lokali impenjati favur id-difiża tal-muntanji.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza