MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
12.11.2015
PE575.911v01-00
 
B8-0015/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar koordinazzjoni Ewropea msaħħa fir-reazzjoni kontra attakki kimiċi u batterjoloġiċi potenzjali


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar koordinazzjoni Ewropea msaħħa fir-reazzjoni kontra attakki kimiċi u batterjoloġiċi potenzjali  
B8-0015/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (CWC),

–  wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta' Frar 2015 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-theddid tat-terroriżmu qed jinfirex madwar l-Ewropa kollha, b'mod partikolari wara l-attakki f'Pariġi fit-13 ta' Novembru;

B.  billi huwa meħtieġ li l-Unjoni Ewropea tkun lesta biex tirreaġixxi b'mod koordinat u organizzat għall-possibilità tal-użu ta' armi kimiċi u batterjoloġiċi mill-ISIS;

C.  billi fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni ta' koordinazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri biex jiġu identifikati pjanijiet u strateġiji komuni sabiex issir reazzjoni effikaċi u rapida għal attakk kimiku jew batterjoloġiku potenzjali.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza