MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 59k
15.12.2015
PE575.912v01-00
 
B8-0016/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-importanza tat-tqassim ta' frott u ħalib fl-iskejjel


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-importanza tat-tqassim ta' frott u ħalib fl-iskejjel  
B8-0016/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi lbieraħ saret laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura li wasslet għal ftehim b'linji gwida ġenerali dwar l-importanza tat-tqassim ta' frott u ħalib fl-iskejjel;

B.  billi l-prattiki alimentari tajbin huma primarjament ir-riżultat tas-sistema edukattiva, li hi involuta wkoll fil-prevenzjoni ta' stili ta' ħajja li huma ħżiena għas-saħħa;

C.  billi, apparti l-benefiċċji għas-saħħa, il-ftehim milħuq mill-Ministri tal-Agrikoltura jista' jkollu wkoll effetti pożittivi fuq il-politika agrikola, ekonomika u kummerċjali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra u tagħti segwitu għall-ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE fl-14 ta' Diċembru 2015, bil-ħsieb li tippromwovi t-tqassim ta' frott u ħalib fl-iskejjel.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza