Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0020/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0020/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-proposta tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiddaħħlu fl-Ewropa 50 miljun migrant minn issa sal-2050

15.12.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Edouard Ferrand

B8-0020/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiddaħħlu fl-Ewropa 50 miljun migrant minn issa sal-2050

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-pjan tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprevedi d-dħul fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ta' 50 miljun migrant matul l-ewwel 50 sena tas-seklu 21 huwa insensat u perikoluż;

1.  Iqis li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom, b'mod preventiv, jaffrontaw b'mod serju l-problema billi jieħdu inizjattivi umanitarji, diplomatiċi u militari adegwati biex jikkontrollaw l-immigrazzjoni enormi u bla rażan billi jgħinu fil-post il-pajjiżi tat-tluq;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.