MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
14.12.2015
PE575.920v01-00
 
B8-0024/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-periklu ta' terroristi Iżlamiċi fl-ajruporti Taljani u Ewropej


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-periklu ta' terroristi Iżlamiċi fl-ajruporti Taljani u Ewropej  
B8-0024/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fil-15 ta' Novembru l-Pulizija tal-Fruntiera tal-Ajru Taljana waqqfet fl-ajruport ta' Treviso tliet Sirjani li kienu sejrin Malta b'passaporti Griegi foloz; billi fis-17 ta' Novembru, fl-ajruposti ta' Bergamo u ta' Ciampino, ġew arrestati erba' Sirjani oħrajn li kienu sejrin Malta b'passaporti Griegi foloz;

B.  billi fis-6 ta' Awwissu, il-pulizija Taljana mmultat karozza bi pjanċa Belġjana li fiha kienu qegħdin jivvjaġġaw Ahmed Dahmani u Salah Abdeslam, tnejn mit-terroristi li organizzaw l-istraġi ta' Pariġi tat-13 ta' Novembru;

C.  billi l-organizzazzjonijiet Iżlamisti radikali bħall-ISIS jirrappreżentaw theddida gravi għaċ-ċittadini Ewropej u li l-militanti ta' dawn l-organizzazzjonijiet jiksbu b'sempliċità estrema dokumenti tal-identità foloz u jiċċirkolaw fl-UE, jew jixtru ċ-ċittadinanza Ewropea f'Malta, f'Ċipru jew fil-Bulgarija;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta miżuri urġenti biex tidentifika lill-klandestini b'dokumenti tal-identità foloz fl-UE u taċċerta ruħha wkoll mid-dettalji ta' kull ċittadin extra-Komunitarju fl-ajruporti Ewropej u mhux tillimita ruħha għal kontrolli fuq kampjun;

2.  Jappella biex jiġi mblukkat il-bejgħ tal-passaporti u taċ-ċittadinanza Ewropea fil-pajjiżi hawn fuq imsemmija biex titrażżan l-infiltrazzjoni ta' terroristi fl-UE;

3.  Jappella biex jiżdiedu malajr il-kontrolli kontra t-terroriżmu f'Malta, il-bażi ġiħadista Ewropea l-ġdida.

Avviż legali - Politika tal-privatezza