MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 363kWORD 59k
16.12.2015
PE575.921v01-00
 
B8-0025/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tmiem tal-miżuri tas-sanzjonijiet imposti kontra r-Russja


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tmiem tal-miżuri tas-sanzjonijiet imposti kontra r-Russja  
B8-0025/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-miżuri tas-sanzjonijiet imposti mill-UE kontra r-Russja ma kisbu l-ebda riżultat diplomatiku konkret;

B.  billi l-kontrosanzjonijiet li bihom ir-Russja laqtet lill-UE kkaġunaw danni ekonomiċi enormi lil eluf ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju li mar-Russja kienu jagħmlu kummerċ rilevanti;

C.  billi l-Italja sofriet ferm iktar mill-Istati Membri l-oħra tal-UE f'termini ta' qgħad u għeluq ta' impriżi minħabba tilwima li tidher li hi mmexxija mill-interessi ta' operaturi internazzjonali oħrajn;

1.  Iqis għaldaqstant bħala neċessarju t-tmiem tal-miżuri tas-sanzjonijiet imposti kontra r-Russja;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi t-tmiem ta' tali sanzjonijiet u terġa' tistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali pożittivi mar-Russja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza