MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
14.12.2015
PE575.922v01-00
 
B8-0026/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-konsegwenzi tal-embargo Russu fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti prodotti fil-Veneto


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-impatt tal-embargo Russu fuq l-esportazzjonijiet ta' oġġetti prodotti fil-Veneto  
B8-0026/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-tkabbir fl-esportazzjonijiet mill-Veneto fir-Russja bejn l-2000 u l-2014 kienu erba' darbiet akbar mill-esportazzjonijiet totali tar-reġjun tal-Veneto;

B.  billi din ix-xejra pożittiva treġġgħet lura f'daqqa fl-2014, u kkawżat EUR 180 miljun ta' telf (-9,9 % meta mqabbla mal-2013), wara d-dħul fis-seħħ tal-embargo Russu fuq l-importazzjonijiet Ewropej b'reazzjoni għas-sanzjonijiet imposti mill-UE fuq ir-Russja;

C.  billi skont iċ-ċifri mxerrda mir-Reġjun tal-Veneto fil-15 ta' Ġunju 2015 matul l-ewwel trimestru tal-2015 is-setturi l-aktar importanti saritilhom ħsara qawwija mill-embargo Russu: -55,9 % tal-esportazzjonijiet agroalimentari meta mqabbla mal-2014; -21 % tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti fis-settur medju u għoli, -EUR 71 miljun fis-settur tal-ilbies, -EUR 48 miljun fis-settur tat-tagħmir tad-dar, -EUR 31 miljun fis-settur taż-żraben.

D.  billi r-Reġjun tal-Veneto wissa li t-titwil tas-sanzjonijiet Ewropej se jkollu effetti devastanti fit-tul għall-esportazzjonijiet minħabba s-sostituzzjoni tal-fornituri min-naħa tar-Russja.

1.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta miżuri urġenti ta' appoġġ għas-setturi tal-Veneto milquta mill-embargo Russu u tiftaħ djalogu mar-Russja biex jiġi evitat aktar telf ta' impjiegi fil-Veneto.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza