MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 59k
22.12.2015
PE575.924v01-00
 
B8-0027/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni li jiġi ċċelebrat il-Milied fir-Renju tal-Brunei Darussalam


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni li jiġi ċċelebrat il-Milied fir-Renju tal-Brunei Darussalam  
B8-0027/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-Sultan tal-Brunei Darussalam ipprojbixxa li jiġi ċċelebrat il-Milied u l-festi relatati miegħu;

B.  billi, barra minn hekk, ġie pprojbit ukoll il-wiri ta' simboli reliġjużi Nsara fil-pubbliku, it-tiżjin tad-djar u tas-siġar tal-Milied;

C.  billi l-liġi tikkastiga lil kull min jikser dawn il-projbizzjonijiet b'5 snin ħabs;

D.  billi dawn id-dispożizzjonijiet jiksru d-dritt tal-libertà reliġjuża u d-drittijiet tal-bniedem relatati l-aktar bażiċi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex jiġu proposti u applikati sanzjonijiet fuq ix-xiri u l-importazzjoni ta' gass, żejt u derivattivi taż-żejt estratti mir-Renju tal-Brunei Darussalam, u dan sakemm il-projbizzjonijiet imsemmija fil-Brunei jibqgħu fis-seħħ.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza