MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
19.12.2015
PE575.925v01-00
 
B8-0028/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma permanenti dwar il-faqar fost it-tfal


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma permanenti dwar il-faqar fost it-tfal  
B8-0028/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni  2008/2034 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru  223/2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi madwar 28 % tat-tfal fl-Ewropa huma f'riskju ta' faqar u billi l-kriżi ekonomika attwali qed saħansitra żżid dan ir-riskju;

B.  billi fost l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hemm dak li jiġi żgurat tkabbir inklużiv u sostenibbli għal madwar 20 miljun ċittadin, iżda madankollu għadna 'l bogħod mill-kisba ta' dan il-għan;

C.  billi l-problema tal-faqar tat-tfal hi waħda b'bosta dimensjonijiet u tirrigwarda l-kundizzjonijiet ġenerali ta' kif jgħixu t-tfal, iżda wkoll l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, kif ukoll il-possibbiltà li jkollhom ikla waħda adegwata kuljum, u post fejn jgħixu li jkun tajjeb għas-saħħa u sikur;

D.  billi fil-preżent id-data dwar il-faqar fost it-tfal mhijiex preċiża, u baqgħet lura meta mqabbla mal-iżvilupp ta' dan il-fenomenu, u, fuq kollox, mhijiex koordinata fil-livell Ewropew.

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf grupp ta' ħidma permanenti li jittratta l-faqar fost it-tfal bil-għan li tinġabar data f'waqtha u komprensiva dwar dan il-fenomenu u b'hekk tikkontribwixxi sabiex il-politiki tal-Unjoni jiġu aġġustati f'dan ir-rigward.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza