MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 59k
12.11.2015
PE575.926v01-00
 
B8-0029/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar metodi ġodda ta' kura tat-tfal


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar metodi ġodda ta' kura tat-tfal  
B8-0029/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi llum, it-12 ta' Novembru 2015, jaħbat il-Jum Dinji Kontra l-Pulmonite;

B.  billi din il-marda, kif ġiet ivvalutata minn rapport reċenti tal-Kummissjoni tan-NU dwar prodotti li jsalvaw il-ħajja tan-nisa u t-tfal (UN Commission on Life-Saving Commodities for Women and Children), hi l-kawża prinċipali ta' mewt fost it-tfal taħt l-età ta' 5 snin madwar id-dinja, u li tolqot lil 18 % minn madwar 6,9 miljun tifel u tifla li jmutu kull sena minn mard li jista' jiġi mfejjaq u evitat;

C.  billi din il-ġimgħa stess, waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, ġiet diskussa l-importanza li jiġi indirizzat il-mard li jaffettwa lit-tfal;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha permezz ta' miżuri effettivi għall-prevenzjoni u t-trattament tal-mard tat-tfal b'mod ġenerali u tħejji infrastrutturi stabbli u speċifiċi fejn jiġu kkurati l-pazjenti tfal.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza