Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0031/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0031/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-preżenza ta' terroristi qalb il-flussi migratorji

5.1.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Edouard Ferrand

B8-0031/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-preżenza ta' terroristi qalb il-flussi migratorji

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ġie stabbilit li diversi mijiet ta' terroristi daħlu bil-moħbi qalb il-flussi migratorji biex iwettqu attakki fl-Ewropa;

1.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, mingħajr preġudizzju għal azzjoni umanitarja, jieħdu kont ta' dan il-fenomenu inkwetanti sabiex jiġi mfassal rispons adegwat biex jiġu evitati aktar attakki fl-Ewropa.