MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 385kWORD 59k
5.1.2016
PE575.929v01-00
 
B8-0032/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-COP21 adottati mill-Unjoni Ewropea


Edouard Ferrand

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-COP 21 adottati mill-Unjoni Ewropea  
B8-0032/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea adottat ir-rakkomandazzjonijiet tal-COP21, mingħajr ebda riżerva u mingħajr ma rrikonoxxiet l-ebda kontribuzzjoni ta' esperti rikonoxxuti li m'għandhomx irbit mal-IPCC, u li ma jweħħlux biss fl-attivitajiet tal-bniedem bħala l-kaġun tat-tisħin globali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-poteri tagħha fil-qasam tal-politika ambjentali (Artikolu 11 u Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), biex tieħu kont ukoll tax-xogħol ta' riċerkaturi indipendenti li qed jipproponu soluzzjonijiet innovattivi għall-enerġija rinnovabbli, partikolarment billi ssir aktar enfażi fuq l-enerġija nukleari, u biex tirrikonoxxi l-fatt li t-tisħin globali mhuwiex esklussivament kaġun l-attivitajiet tal-bniedem.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza