MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 59k
2.12.2015
PE575.932v01-00
 
B8-0035/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-importanza ta' dieta personalizzata


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-importanza ta' dieta personalizzata  
B8-0035/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi xi riċerki jikkonfermaw li l-ikel jipproduċi effetti differenti skont il-karatteristiċi individwali tal-persuna li tkun qiegħda tikkonsmah (bħall-kompożizzjoni tal-batterja intestinali u l-attività fiżika), pereżempju l-mod kif jaffettwa ż-żieda fil-livell taz-zokkor fid-demm;

B.  billi abbażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, instab li huwa possibbli li jiġi studjat algorittmu li jidentifika l-ikel ideali għal kull pazjent, mingħajr ma l-persuna tiġi suġġetta għal dieta standardizzata, li jkun kemm ta' ġid għas-saħħa kif ukoll approvat xjentifikament;

C.  billi l-UE għandha tħeġġeġ l-iżvilupp teknoloġiku u l-għarfien fis-servizz tal-mediċina u tas-saħħa pubblika;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi studju aġġornat dwar il-possibbiltà li d-dieta ta' kull pazjent tiġi mfassala abbażi ta' verifika tal-impatt tal-ikel fuq is-saħħa tiegħu, sabiex issir dijanjosi u kura aħjar tal-mard.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza