MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
5.1.2016
PE575.934v01-00
 
B8-0037/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riċiklaġġ ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riċiklaġġ ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)  
B8-0037/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/19/UE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/65/UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont ir-riċerka CWIT, iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, fl-Ewropa terz biss tal-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) huwa ġestit b'mod korrett;

B.  billi skont l-istess riċerka jidher li aktar minn 65 % ta' dan l-iskart jiġi esportat jew riċiklat b'mod mhux korrett jew saħansitra jitħallat ma' skart imħallat tal-unitajiet domestiċi jew tal-impriżi;

C.  billi ir-riċiklar skorrett ta' dan it-tip ta' skart mhux biss jirriżulta f'dannu għas-sistema sħiħa tar-riċiklaġġ legali iżda fuq kollox huwa ta' dannu permanenti għall-ambjent; billi minbarra l-emissjonijiet tas-CO2, sustanzi tossiċi li huma ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, bħaċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, u l-kromu, jiġu rilaxxati fl-arja;

D.  billi d-diversità tal-leġiżlazzjonijiet differenti nazzjonali fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-WEEE tiffaċilita l-evażjoni tas-sistemi ta' kontroll kif ukoll l-aċċess għas-suq illegali tar-riċiklaġġ tal-iskart;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri aktar rigorużi dwar ir-riċiklaġġ ta' dawn il-prodotti u biex jagħtu inċentivi jew tnaqqis ekonomiku għall-impriżi jew għall-unitajiet domestiċi biex jirriċiklaw b'mod korrett materjal elettroniku.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza