MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 60k
10.12.2015
PE575.948v01-00
 
B8-0046/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-UE rigward is-self temporanju ta' opri tal-arti mhux għall-wiri


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-UE rigward is-self temporanju ta' opri tal-arti mhux għall-wiri  
B8-0046/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1081/2012 tad-9 ta' Novembru 2012 għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kapaċità ta' espożizzjoni tal-mużewijiet fl-Ewropa hija nettament inqas meta mqabbla mal-kwantità ta' opri effettivament kustoditi fl-arkivji tal-mużewiijiet;

B.  billi l-inkoraġġiment taċ-ċirkolazzjoni u s-self għal żmien determinat ta' tali opri huwa sors ta' vantaġġi ekonomiċi għall-Istati Membri proprjetarji u jippermetti wkoll li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ħarsien u l-manutenzjoni ta' dawn l-opri;

C.  billi liġi tal-UE f'dan l-ambitu għandha tistabbilixxi qabel kollox il-limitu ta' żmien ta' tali self, kif ukoll kumpens adegwat għas-self temporanju ta' dawn il-beni u fl-aħħar nett obbligu, għar-rikjedenti, li jżommu u jipproteġu l-opri korrettament u li jieħdu responsabbiltà għall-kostijiet u l-ispejjeż konnessi kollha;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha biex tfassal proġett leġiżlattiv rigward l-introduzzjoni ta' liġi dwar is-self temporanju ta' opri tal-arti mhux għall-wiri bejn Stati Membri jew lil pajjiżi terzi.

(1)

ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.

(2)

ĠU L 324, 22.11.2012, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza