MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 59k
11.1.2016
PE575.949v01-00
 
B8-0047/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar sanzjonijiet possibbli kontra l-Polonja


Edouard Ferrand, Matteo Salvini

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar sanzjonijiet possibbli kontra l-Polonja  
B8-0047/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban, iddikjara li "l-Unjoni Ewropea m'għandhiex taħseb biex timponi xi tip ta' sanzjoni kontra l-Polonja minħabba li dan jitlob l-unanimità u l-Ungerija qatt mhi se tappoġġja kwalunkwe sanzjoni kontra l-Polonja";

B.  billi l-Unjoni Ewropea ma tistax u lanqas għandha tindaħal fl-għażliet politiċi interni tal-Istati Membri u wisq inqas thedded li timponi sanzjonijiet meta dawn l-għażliet ma jmorrux fid-direzzjoni mixtieqa;

C.  billi l-Kummissjoni Ewropea diġà wriet reazzjonijiet xejn xierqa meta kkritikat l-għażliet elettorali taċ-ċittadini Ewropej fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet fil-Greċja u tar-referendum Żvizzeru fuq l-immigrazzjoni u issa qed tfittex li tieħu passi kontra l-Gvern ġdid Pollakk;

1.  Ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea mhijiex korp politiku iżda hija l-korp eżekuttiv tal-Unjoni u għalhekk għandha żżomm mar-rwol mogħti lilha mill-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 234, 244 sa 250, 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza