MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 58k
11.1.2016
PE575.950v01-00
 
B8-0048/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-prova nukleari tal-Korea ta' Fuq


Edouard Ferrand

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prova nukleari tal-Korea ta' Fuq  
B8-0048/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Korea ta' Fuq, Stat ostraċizzat min-Nazzjonijiet Uniti minħabba l-imġiba tiegħu, ħabbret fis-6 ta' Jannar li splodiet bomba tal-idroġenu f'Punggye-ri, u dan ikkawża aġitazzjoni mhux biss fil-Korea t'Isfel, iżda fid-dinja kollha;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivverifika l-informazzjoni rigward it-tip eżatt ta' bomba u l-potenzjal ta' ħsara tagħha mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, li hija responsabbli għas-sigurtà u l-protezzjoni nukleari.

Avviż legali - Politika tal-privatezza