MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 59k
11.1.2016
PE575.951v01-00
 
B8-0049/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għażla immigrazzjonista tal-Ġermanja


Edouard Ferrand, Matteo Salvini

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għażla immigrazzjonista tal-Ġermanja  
B8-0049/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-għażla favur l-immigrazzjoni tal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, bil-proposta ddikjarata apertis verbis li tilqa' miljun refuġjat ikkawżat sejħa storika u mingħajr preċedent fl-aktar reġjuni batuti tal-Afrika u tal-Asja;

B.  billi fluss mingħajr kontroll u inkontrollabbli ta' refuġjati u migranti ekonomiċi rħewlha lejn l-Ewropa, mhux mingħajr periklu għalihom infushom u għall-pajjiżi ta' destinazzjoni, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-preżenza ta' għadd ta' ġiħadisti fost dawn is-superstiti tal-gwerer u tal-faqar;

C.   billi f’dinja globalizzata l-għażla tal-Ġermanja mhijiex mingħajr konsegwenzi fuq in-nazzjonijiet Ewropej l-oħra;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill biex jistigmatizzaw il-politika Ġermaniża dwar l-immigrazzjoni u jimmobilizzaw lilhom infushom sabiex jissalvagwardjaw lis-sħab Ewropej l-oħra mid-diversi problemi ta’ sigurtà u ta' integrazzjoni li fluss bħal dan qiegħed joħloq.

Avviż legali - Politika tal-privatezza