MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 61k
11.1.2016
PE575.972v01-00
 
B8-0070/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej


Edouard Ferrand, Matteo Salvini

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej  
B8-0070/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-istampa Ġermaniża, dak li attakka l-għassa tal-pulizija ta' Pariġi l-Ħamis li għadda kien jgħix il-Ġermanja f'ċentru għall-applikanti għall-ażil;

B.  billi, kif ġie rrappurtat mill-Welt am Sonntag, ir-raġel in kwistjoni, li l-identità tiegħu għadha ma ġietx iddeterminata, irreġistra ruħu taħt erba' ismijiet differenti u erba' nazzjonalitajiet;

C.  billi tali fatti jpoġġu fid-dieher l-impossibilità oġġettiva li tkun magħrufa l-identità vera ta' dawk kollha li jidħlu fl-Ewropa b'mod illegali;

D.  billi l-politika attwali ta' akkoljenza tal-migranti illegali, mill-perikolożità manifesta tagħha, turi li l-allegat spazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, skont l-Artikolu 3(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli 67 sa 89 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma għandu l-ebda effikaċja konkreta;

1.  Wara li kkunsidra l-ksur tal-istandards ut supra msemmija, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel minn kollox biex tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej, kif stabbilit mill-Ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza