MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
30.12.2015
PE575.973v01-00
 
B8-0071/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar klassifikazzjoni aħjar ta' klassijiet tal-effiċjenza enerġetika


Franz Obermayr

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar klassifikazzjoni aħjar ta' klassijiet tal-effiċjenza enerġetika  
B8-0071/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha l-objettiv li tħares l-interessi ġenerali tal-konsumaturi u li taħdem kontra prattiki kummerċjali żleali, kif ukoll li, fil-qafas tal-Programm għall-Protezzjoni tal-Konsumatur 2014-2020, timplimenta l-linji gwida rigward il-ħarsien tal-konsumatur fis-suq intern kollu;

B.  billi l-protezzjoni tal-konsumaturi mhijiex garantita, meta fid-determinazzjoni ta' klassijiet tal-effiċjenza enerġetika jintużaw kriterji differenti u b'hekk ma jkunx hemm riżultati u valutazzjonijiet komparabbli;

C.  billi l-konsum tal-elettriku ta' apparati elettriċi jiġi kkalkolat b'mod mhux prammatiku u parzjalment f'ċirkostanzi li jiffalsifikaw ir-riżultati;

D.  billi minħabba f'hekk tirriżulta distorsjoni tal-kompetizzjoni, u dan jiżvija lill-konsumaturi;

1.  Huwa tal-fehma li l-proċeduri ta' kejl biex jiġu stabbiliti l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jiġu adattati għall-użu effettiv tal-apparat;

2.  Huwa tal-fehma li l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jkunu ċari u aktar faċli biex il-konsumatur jifhimhom;

3.  Huwa tal-fehma li l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika jeħtieġu gradazzjoni bażika ċara tal-klassijiet differenti, sabiex dawn ikunu komparabbli bejniethom.

Avviż legali - Politika tal-privatezza