MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
30.12.2015
PE575.976v01-00
 
B8-0074/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħarsien tal-konsumatur Ewropew mill-ħut ġenetikament modifikat, speċjalment is-salamun


Franz Obermayr

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-konsumatur Ewropew mill-ħut ġenetikament modifikat, speċjalment is-salamun  
B8-0074/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Amministrazzjoni għall-Ikel u l-Mediċini (Food and Drug Administration – FDA) tal-Istati Uniti ħadet deċiżjoni fundamentali mill-aktar kontroversjali li s-salamun ġenetikament modifikat jista' jiġi kkunsmat b'mod sikur u għaldaqstant jista' jitqiegħed fis-suq mingħajr tikkettar partikolari;

 

B.  billi permezz tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq għall-ewwel darba ġie awtorizzat annimal ġenetikament modifikat bħala ikel, u b'hekk il-kritika ta' ħafna konsumaturi u xjenzjati indipendenti ġiet injorata;

 

C.  billi fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles mal-Istati Uniti tal-Amerika u mal-Kanada jeżisti s-sogru li s-salamun ġenetikament modifikat jidħol fis-suq Ewropew, u li minħabba n-nuqqas ta' obbligu ta' tikkettar iċ-ċittadin Ewropew mhuwiex imħares biżżejjed;

 

1.  Huwa tal-fehma li t-trobbija, it-tkabbir u l-konsum ta' ikel ġenetikament modifikat b'mod ġenerali u ta' annimali ġenetikament modifikati b'mod speċifiku jmorru kontra r-rieda tal-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej, u għaldaqstant iridu jiġu impeduti;

 

2.  Huwa tal-fehma li t-tikkettar ta' tali ikel u projbizzjoni effettiva fuq l-importazzjoni għandhom ikunu parti minn kull ftehim kummerċjali tal-UE, sabiex jittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza