Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0179/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0179/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

1.2.2016 - (2016/2537(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

Jean-Luc Schaffhauser, Mireille D'Ornano, Edouard Ferrand, Mario Borghezio, Harald Vilimsky, Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ENF

Proċedura : 2016/2537(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0179/2016
Testi mressqa :
B8-0179/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

B8-0179/2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

(2016/2537(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi intlaħaq ftehim sponsorjat min-NU dwar il-formazzjoni ta’ Gvern ta’ Kunsens Nazzjonali (GNA) fil-Libja;

B.  billi l-Presidenza tal-Kunsill Libjan qablet mal-proposta dwar karigi ministerjali, iżda l-Kamra tad-Deputati rrifjutat din il-proposta;

C.  billi l-Libja hija pajjiż mifni bil-gwerra bi gvernijiet konfliġġenti; billi partijiet mit-territorju tagħha jinsabu taħt il-kontroll ta’ milizzji tribali u ta' gruppi terroristiċi Iżlamisti, bħall-Istat Iżlamiku u Ansar al-Sharia;

D.  billi ġellieda barranin minn gruppi terroristiċi qegħdin dejjem aktar jużaw il-Libja bħala pjan alternattiv; billi wħud minn dawn il-gruppi qed jiġġeneraw dħul minn installazzjonijiet taż-żejt;

E.  billi diversi Stati Membri, fosthom ir-Renju Unit u Franza, ikkontribwew sew għall-kriżi Libjana bl-intervent militari tagħhom fl-2011 kif ukoll bl-appoġġ tagħhom għall-hekk imsejħa Rebbiegħa Għarbija b’mod ġenerali;

F.  billi l-Libja hija pajjiż ta’ transitu importanti għall-immigrazzjoni illegali lejn l-Ewropa;

G.  billi kien jeżisti diġà ftehim bilaterali bejn l-Italja u l-Libja biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali bir-ritorn lura ta' dgħajjes interċettati;

H.  billi huwa ta’ importanza vitali li jitwaqqaf il-fluss tal-immigrazzjoni illegali;

1.  Jieħu nota tas-sitwazzjoni fil-Libja;

2.  Jesprimi t-tama li jista' jiġi stabbilit GNA mingħajr aktar dewmien sabiex iseħħu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Libja;

3.  Jenfasizza l-importanza li l-Libja tikkoopera fit-trażżin tal-fluss ta’ immigrazzjoni illegali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkonkludu l-ftehimiet ta' riammissjoni mal-Libja;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi-President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Libja.