Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0237/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0237/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-projbizzjoni ta' keychains ħajjin fl-Ewropa

2.2.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde, Dominique Martin

B8-0237/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni ta' keychains ħajjin fl-Ewropa

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi qed jinbiegħu keychains fl-istazzjonijiet tal-metrò u tal-ferrovija Ċiniżi, liema keychains huma komposti minn borża tal-plastik ta' tul ta' madwar seba' ċm, li jikkontjenu likwidu ta' kulur ossiġenat u li jikkontjenu fekruna, salamandra, jew ħuta żgħira;

B.  billi ż-żamma tal-annimali f'dawn il-kontenituri jissofoka l-annimali, u dawn imutu malajr minn eżawriment jew minn asfissija, u li dan iwassal għat-tbatija tal-annimali;

C.  billi x-xiri ta' dawn il-keychains jista' jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem peress li l-fkieren jistgħu jġorru s-salmonella;

1.  jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tagħha jikkundannaw din il-prattika u jipprojbixxu kull importazzjoni u bejgħ ta' keychains ħajjin fl-Ewropa;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.