MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 403kWORD 62k
20.1.2016
PE576.625v01-00
 
B8-0259/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ġestjoni tal-kaċċa popolari, sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent


Dominique Bilde, Philippe Loiseau, Edouard Ferrand, Marie-Christine Boutonnet, Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ġestjoni tal-kaċċa popolari, sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent  
B8-0259/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi hemm 7 miljun kaċċatur fl-Ewropa u 1,3 miljun fi Franza, imqassma fi ħdan 70 000 assoċjazzjoni tal-kaċċa, li jiġġeneraw 23 000 impjieg u EUR 2,3 biljun ta' flussi finanzjarji fi Franza, u iktar minn EUR 16 biljun fl-Ewropa;

B.  billi l-kaċċaturi għandhom rwol importanti fir-regolamentazzjoni tal-bijodiversità u tal-manutenzjoni tal-foresti tagħna;

C.  billi l-kaċċa hija għodda għall-integrazzjoni soċjali importanti li tippermetti rabta maż-żoni rurali u b'hekk fehim aħjar tal-ekosistemi, b'mod partikolari għall-ġenerazzjonijiet futuri;

D.  billi saru studji, bħal dawk tal-Istitut Xjentifiku tal-Grigal tal-Atlantiku (ISNEA);

1.  jitlob lill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati jimmaniġġjaw nazzjonalment id-dati ta' ftuħ u tal-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa jew, fin-nuqqas ta' dan, li jagħmlu emenda jew kjarifika tad-Direttiva dwar l-"Għasafar" sabiex jerġu jiġu stabbiliti d-dati tal-ftuħ u tal-għeluq tradizzjonali għall-kaċċa tal-għasafar migratorji (mill-14 ta' Lulju sat-28 ta' Frar);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza