MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 61k
8.2.2016
PE576.626v01-00
 
B8-0260/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-definizzjoni mill-ġdid tar-regolamenti rigward il-ħarsien u l-protezzjoni tal-għarfien u tal-promozzjoni kulturali tal-attivitajiet mużikali u sinfoniċi


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-definizzjoni mill-ġdid tar-regolamenti rigward il-ħarsien u l-protezzjoni tal-għarfien u tal-promozzjoni kulturali tal-attivitajiet mużikali u sinfoniċi  
B8-0260/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-għarfien u l-promozzjoni tal-attivitajiet mużikali u sinfoniċi hu affarijiet li jiġġeneraw attrazzjoni kbira fil-pajjiżi Ewropej li jgawdu minn storja u tradizzjoni kbira f'dan ir-rigward;

B.  billi istituti mużikali u ta' konservazzjoni, flimkien ma' entitajiet u assoċjazzjonijiet, jaħdmu b'impenn dejjem akbar favur attivitajiet ta' programmar pubbliku għal kunċerti u proposti ta' tagħlim dwar din il-kwistjoni;

C.  billi d-dispożizzjonjiet u l-għajnuniet ekonomiċi favur dawn l-attivitajiet spiss ma jiġux indirizzati b'mod speċifiku, iżda sempliċement permezz ta' għotjiet ġeneriċi u minn entitajiet pubbliċi li mbgħad ikollhom iqassmu abbażi ta' kriterji mhux adegwati għal kwalità artistika u kulturali tal-proposti;

D.  billi l-eżistenza ta' ċentri ta' studju għall-iżvilupp u l-promozzjoni kulturali mużikali u sinfonika f'xi pajjiżi joffru protezzjoni importanti li tiggarantixxi ż-żamma u l-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet;

1.  Iqis għalhekk neċessarju li l-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni akbar lil din il-kwistjoni;

2.  Jipproponi intervent tal-parlament li jiffavorixxi l-ħolqien ta' organiżmi ta' protezzjoni ta' ċerta importanza kulturali għall-iżvilupp tal-attivitajiet mużikali u sinfoniċi.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza