MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 59k
3.2.2016
PE576.645v01-00
 
B8-0277/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-trasparenza tal-gruppi ta' pressjoni tal-kumpaniji multinazzjonali


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza tal-gruppi ta' pressjoni tal-kumpaniji multinazzjonali  
B8-0277/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont is-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew għall-Ambjent (EEB), il-President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Juncker, qatt ma ltaqa' ma' organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent;

B.  billi, skont "Transparency International", dawn il-kumpaniji kbar jiksbu aktar laqgħat mal-Kummissarji Ewropej, peress li 75 % tal-laqgħat tal-Kummissjoni kienu ma' lobbyists korporattivi;

C.  billi huwa importanti li wieħed ikun jaf liema organizzazzjonijiet jew persuni qed jippruvaw jinfluwenzaw il-politika tal-Unjoni, partikolarment fil-qasam tal-enerġija jew il-klima;

D.  billi, madankollu, ir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni huwa miżgħud b'informazzjoni żbaljata u mhux realistika dwar l-attivitajiet ta' lobbying tal-kumpaniji multinazzjonali;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni reġistru ta' trasparenza obbligatorju b'informazzjoni eżatta u preċiża li jippermetti liċ-ċittadini tal-Istati Membri jkunu jafu min huma dawk li jinfluwenzaw il-politiki tal-Unjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza