MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 60k
23.2.2016
PE576.674v01-00
 
B8-0302/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn is-Serbja u n-NATO


Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, Nicolas Bay

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn is-Serbja u n-NATO  
B8-0302/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-Sibt 20 ta' Frar eluf ta' Serbi niżlu fit-toroq ta' Belgrad biex jipprotestaw kontra l-iffirmar, fid-19 ta' Frar li għadda, ta' liġi li tapprova l-ftehim ta' kooperazzjoni man-NATO, u biex jipproponu li jsir referendum;

B.  billi, skont stħarriġ reċenti, 66 % sa 85 % tas-Serbi jopponu d-deċiżjoni tal-President Nikolic li japprova l-Ftehim man-NATO;

1.  Jissottolinja li l-bumbardamenti min-NATO, li saru bejn Frar u Ġunju 1999 fuq il-Jugoslavja, ħallew 2 500 ruħ mejta, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu ċivili;

2.  Jinnota li, fl-2007, il-Parlament Serb adotta riżoluzzjoni li jiddikjara n-newtralità ta' Belgrad fil-konfront ta' alleanzi militari;

3.  Iħeggeg lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-RGħ/VP jintervienu mal-Gvern u l-President tas-Serbja sabiex dawn jirrispettaw ir-rieda tal-poplu, l-ex Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-2007 dwar in-newtralità;

4.  Jistieden lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Gvern tas-Serbja u lill-President tar-Repubblika tas-Serbja.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza