imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar id-definizzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni rigward il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta' prodotti tal-ġilda Taljani u Ewropej
Gianluca Buonanno
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-definizzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni rigward il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni ta' prodotti tal-ġilda Taljani u Ewropej
B8-0326/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-settur tal-prodotti tal-ġilda Taljani, waħdu jokkupa aktar minn nofs il-produzzjoni kollha Ewropea;
B. billi dan qed jintlaqat b'mod dirett mill-falsifikazzjoni u mill-kuntrabandu tal-"made in Italy" falz;
C. billi ċ-ċifri tal-falsifikazzjoni tal-prodotti tal-ġilda Taljani huma allarmanti u qed jiżdiedu b'mod sinifikanti u l-ħsara hija stmata għal EUR 1 biljun, ekwivalenti għal madwar 4 000 impjieg;
D. billi t-telf ta' dħul mill-VAT u mit-taxxi evażi huma l-kawża tat-tnaqqis fil-bejgħ fl-Unjoni Ewropea kollha;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri straordinarji bl-għan li treġġa' lura dit-tendenza ta' żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Italja;
2. Iqis neċessarju li tingħata prijorità lill-kwistjoni dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-kuntrabandu;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri straordinarji bl-għan li timminimizza dan il-fenomenu.