MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-eċċess ta' tfaddil strutturali fiż-żona tal-euro
24.2.2016
Sophie Montel, Florian Philippot
B8-0336/2016
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eċċess ta' tfaddil strutturali fiż-żona tal-euro
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi ż-żona tal-euro qed tbati minn problemi kemm ta' provvista u kemm ta' domanda dovuti għall-politiki ta' awsterità li naqqsu d-domanda interna tagħha iżda wkoll il-produttività taghħa;
B. billi minn dan jirriżulta eċċess ta' tfaddil strutturali li ġie żvelat minn bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti ta' 3 % tal-PDG fl-2015 (li ġej kważi esklussivament mill-Ġermanja) li juri tnaqqis fl-investiment pubbliku u privat u jaggrava t-tnaqqis fit-tkabbir potenzjali;
C. billi, fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali, hija biss il-Ġermanja li għandha marġni ta' manuvrar biex issegwi politika fiskali aktar espansjonista u tinvesti aktar, triq li ma jidhirx li qed tieħu;
D. billi, f'dan il-kuntest, il-politika monetarja espansjonista tal-BĊE żgur mhix ser tirnexxi;
E. billi, mingħajr tibdil fl-ekwilibriju attwali, iż-żona tal-euro qed timxi lejn kriżi ekonomika (bid-dgħufija strutturali tat-tkabbir), minn naħa, u finanzjarja, min-naħa l-oħra;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal tranżizzjoni mill-munita unika għal muniti nazzjonali, kif ukoll l-introduzzjoni ta' munita komuni ta' suċċessjoni li tippermetti kooperazzjoni fil-proċess ta' tranżizzjoni.