MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 59k
16.2.2016
PE579.800v01-00
 
B8-0387/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-importanza tal-Jum tat-Tifkira


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-importanza tal-Jum tat-Tifkira  
B8-0387/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 60/7 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1 ta' Novembru 2005,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta' Lulju 1998, ratifikat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Jum tat-Tifkira jaħbat kull sena fis-27 ta' Jannar kif iddeċidiet l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2005;

B.  billi t-tifkira għandha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-ideat estremisti li maż-żmien qegħdin jinfirxu dejjem iktar fost iż-żgħażagħ;

C.  billi ħafna sforzi diġà saru biex il-popolazzjoni ssir aktar konxja mit-traġedja terribbli li rrappreżentaw il-ġenoċidji, iżda f'dawn iż-żminijiet ibsin jidhru li mhumiex biżżejjed biex irażżnu l-mibegħda li tinfirex kontra l-minoranzi;

D.  billi dak li ġara ma għandu qatt jirrepeti ruħu;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tobbliga lill-Istati Membri jdaħħlu fis-sillabi skolastiċi seminars obbligatorji dwar l-importanza tat-tifkira, tat-tolleranza u tar-rispett lejn id-diversità.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza