MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 60k
29.2.2016
PE579.801v01-00
 
B8-0388/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għajnuna u l-appoġġ għaċ-ċinema artistika u ta' kwalità


Gianluca Buonanno

Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għajnuna u l-appoġġ għaċ-ċinema artistika u ta' kwalità  
B8-0388/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-swali taċ-ċinema Ewropej qed ikunu invaduti b'mod dejjem aktar massiv minn prodotti ċinematografiċi ta' kwalità u livell kulturali mill-aktar baxxi;

 

B.  billi l-kumpaniji Amerikani maġġuri qed jagħmluha ta' padruni u jidhru li qed jimponu fuq il-pubbliku u fuq id-distributuri Ewropej films purament kummerċjali ta' produzzjoni kważi għalkollox Amerikana;

 

C.  billi l-Ewropa s'issa tat kontribut fundamentali għall-istorja taċ-ċinema mondjali, peress li awturi u diretturi Ewropej għadhom meqjusa bħala missirijiet u parrinijiet tal-movimenti kulturali l-aktar importanti u sinifikattivi marbuta mal-produzzjoni ċinematografika internazzjonali;

 

D.  billi l-produzzjoni Ewropea tidher li hija affettwata min-nuqqas ta' appoġġ u mill-monopolju distributtiv Amerikan, għalkemm ma għandha l-ebda nuqqas ta' personalitajiet rilevanti li kapaċi jispiraw il-kwalità u l-interess tal-pubbliku;

 

1.  Jidhirlu li hu meħtieġ li tingħata l-akbar attenzjoni lill-objettiv li terġa' tingħata l-vitalità u l-ispazju kummerċjali liċ-ċinematografija Ewropea artistika, għajn potenzjali ta' għadd rilevanti ta' postijiet tax-xogħol;

 

2.  Jipproponi intervent regolatorju mmirat lejn id-definizzjoni ta' programmi ta' appoġġ u ta' distribuzzjoni ta' prodotti ċinematografiċi Ewropej.

 

 

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza