MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
9.3.2016
PE579.806v01-00
 
B8-0392/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-reviżjoni tar-regoli dwar it-tkabbir ta' uċuħ tar-raba’ fl-għelieqi kontaminati u r-riabilitazzjoni tagħhom


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tar-regoli dwar it-tkabbir ta' uċuħ tar-raba’ fl-għelieqi kontaminati u r-riabilitazzjoni tagħhom  
B8-0392/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-identifikazzjoni fl-Istati Membri tal-UE ta' art u żoni tal-baħar ikklassifikati bħala siti kkontaminati hija tabilħaqq importanti, filwaqt li l-kisbiet li saru sal-lum fir-riabilitazzjoni ta' dawn iż-żoni mhumiex;

B.  billi, skont id-data statistika, hemm dewmien kbir fil-proġetti ta' riabilitazzjoni imressqa u approvati, billi huma biss ftit is-siti li rċevew 100 % tal-għajnuna approvata mill-ministeri nazzjonali;

C.  billi diġà ġew allokati investimenti sinifikanti għal diversi siti Ewropej, filwaqt li r-riżultati konkreti s’issa huma għalkollox insuffiċjenti;

D.  billi, minkejja r-riżorsi li ntużaw, is-sitwazzjoni bħalissa huwa ta' imblokk sostanzjali, u l-atturi pubbliċi u privati responsabbli għat-tniġġis qed jieħdu vantaġġ minnha u qed ikomplu jkabbru l-uċuħ tagħhom u l-kummerċ tagħhom u jqiegħdu f'riskju serju lill-konsumaturi;

E.  billi qed ikun dejjem akbar l-għadd ta' investigazzjonijiet dwar riabilitazzjoni falza u dwar it-tqegħid fis-suq ta’ għelejjel li ġejjin minn siti meqjusa bħala kontaminati;

1.  Iqis neċessarju li din il-problema tingħata aktar attenzjoni, u li titqies bħala każ ta' prijorità;

2.  Jipproponi intervent regolatorju dwar it-trasparenza u r-razzjonalizzazzjoni tal-programmi ta’ riabilitazzjoni.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza